Kies je taal

Privacy Bencompare app

Dikjarazzjoni ta' Privatezza tal-App Bencompare

Bl-app Bencompare, ikollok aċċess għal kaxxaforti diġitali għad-dokumenti importanti tiegħek, pereżempju kuntratti. Tista’ wkoll takkwista servizzi addizzjonali minn din l-App. Dejta personali tista' tiġi pproċessata f'dan il-kuntest. F'din id-dikjarazzjoni ta' privatezza nispjegaw x'nagħmlu b'din id-dejta u xi drittijiet u obbligi għandek. Din l-App hija offruta minn Benergy B.V. fi Groningen, in-Netherlands.

Prinċipji ġenerali

Fl-attivitajiet tagħna ta' pproċessar, aħna nissodisfaw ir-rekwiżiti tal-liġi tal-privatezza. Dan ifisser, fost affarijiet oħra, li:

  • aħna ngħidu b'mod ċar għal liema skop nipproċessaw id-dejta personali. Dan nagħmluh permezz ta' din id-dikjarazzjoni ta' privatezza;
  • aħna nillimitaw il-ġbir tad-dejta personali għal dak meħtieġ għall-iskopijiet elenkati u leġittimi biss;
  • aħna dejjem nitolbuk il-kunsens espliċitu biex nipproċessaw id-dejta personali tiegħek meta dan jirrikjedi kunsens mingħandek;
  • aħna nimplimentaw miżuri ta' sikurezza xierqa biex nipproteġu d-dejta personali tiegħek, u nesiġu l-istess minn dawk li jipproċessaw dejta personali fuq struzzjonijiet tagħna;
  • aħna nirrispettaw id-dritt tiegħek li titlob spezzjoni tad-dejta personali tiegħek u tikkoreġiha jew tħassarha.
  • L-użu tad-dejta personali

    Permezz tal-użu tal-App tagħna, aħna niġbru ċerta dejta personali mingħandek. Aħna naħżnu u nużaw biss id-dejta personali pprovduta direttament minnek u d-dejta marbuta mal-użi tal-App.

    Dejta li ddaħħal fl-App dwar kuntratti tiġi maħżuna biex ikollok aċċess għaliha f'għamla ta' kaxxaforti diġitali. Ikun possibbli wkoll li tagħmel l-aħjar offerta u tkun tista' wkoll tqabbel l-offerti ta' fornituri differenti. Id-dettalji ta' kuntatt jistgħu jintużaw biex dawn jintbagħtu lilek ladarba tkun tajt il-permess. Jekk iddaħħal dettalji oħra fl-App, l-iskop tal-użu tagħhom jiġi dikjarat.

    Aħna niġbru l-istatistika dwar l-użu tal-App. Għal dan nużaw Google Analytics. Din l-istatistika mhix marbuta ma' ismek, dettalji tal-indirizz jew kuntratti, u ma tingħatax lil partijiet terzi. Lanqas Google mhu awtorizzat juża din l-informazzjoni għall-iskopijiet tiegħu.

    Trasferiment lil partijiet terzi

    Id-dejta tiegħek ma tingħatax lil partijiet terzi mingħajr il-permess espliċitu tiegħek, dejjem jekk il-liġi jew il-qorti ma timponix dan fuqna. Il-partners tagħna jingħataw biss aċċess għal statistika ġenerali dwar l-utenti tal-App fuq bażi assolutament anonima.

    Tista' inti stess taqsam ċerta informazzjoni dwarek ma' partijiet terzi. Aħna ma nkunux nafu x'jagħmlu partijiet terzi bl-informazzjoni li taqsam magħhom u ma nistgħux niġbruha lura jew inneħħuha.

    L-App titniżżel minn App store ta' parti terza. Ma għandna l-ebda kontroll fuq liema dejta personali jipproċessa l-fornitur u għal liema skop. Nissuġġerulek li taqra d-dikjarazzjoni ta' privatezza speċifika tal-fornitur partikolari.

    Miżuri ta' sikurezza

    Aħna nadottaw miżuri biex nillimitaw l-abbuż mid-dejta personali u l-aċċess mhux awtorizzat għaliha. Dawn jinkludu l-aġġornament kontinwu tal-App biex intejbu s-sikurezza. Għalhekk nenfasizzaw li tinstalla dawn l-aġġornamenti kif isiru disponibbli. Għal aktar informazzjoni, ara l-policy tas-sikurezza fuq is-sit elettroniku tagħna.

    Jekk id-dejta personali tiegħek taqa' f'idejn partijiet mhux awtorizzati minħabba serq jew inċidenti oħra, aħna navżawk b'dan u nagħmlu dak kollu possibbli biex innaqqsu l-konsegwenzi.

    Bidliet f'din id-dikjarazzjoni ta' privatezza

    Nirriservaw id-dritt li nagħmlu bidliet f'din id-dikjarazzjoni ta' privatezza. Nirrikkmandawlek li tiċċekkja din id-dikjarazzjoni ta' privatezza regolarment biex issir taf bil-bidliet.

    Spezzjoni u tibdil ta' dejta

    Jekk ikollok xi mistoqsijiet dwar il-policy ta' privatezza jew l-ispezzjonar jew bidliet (tħassir) ta' dejta personali tiegħek, tista' dejjem tikkuntattjana, dettalji hawn taħt.

    Dettalji ta' kuntatt
    Indirizz postali: Verlengde Hereweg 174, 9722 AM Groningen
    Telefown: +31 (0)595 425 859
    Indirizz elettroniku: info@bencompare.com