Kies je taal

Gebruiksvoorwaarden Bencompare app

Termini u Kundizzjonijiet għall-Użu tal-App Bencompare

Bl-app Bencompare jkollok aċċess għal kaxxaforti diġitali għad-dokumenti importanti tiegħek, pereżempju kuntratti. Tista’ wkoll takkwista servizzi addizzjonali minn din l-app. Meta tuża din l-app japplikaw it-termini u kundizzjonijiet li ġejjin. Aqra sew dawn it-termini u kundizzjonijiet biex tkun taf x’inhuma d-drittijiet u l-obbligi tiegħek. Din l-app hija offruta minn Benergy B.V. fi Groningen, in-Netherlands.

Kont

Biex tuża xi partijiet tal-app irid ikollok kont biex timmaniġġja d-dejta u d-dokumenti. Jekk jogħġbok żomm din l-informazzjoni aġġornata u kompluta biex inkunu nistgħu noffrulek l-aqwa servizz. Ma nistgħux niċċekkjaw dak li timla u dak li taċċetta, għaldaqstant ma nistgħux nerfgħu responsabilità f’każ ta’ żbalji jew ommissjonijiiet.

Sigurtà

tagħmel ħilitha kollha biex iżżomm id-dejta tiegħek kemm jista’ jkun sigura u biex inti biss ikollok aċċess għaliha. F’każ li tinxtered xi dejta, ovvjament aħna ninfurmawk immedjatament.

Ħżin ta' dejta

Permezz tal-app, bażikament ikollok aċċess għad-dejta tiegħek f’kull ħin, għalkemm minn żmien għal żmien is-servizz jista’ jkun offline. Nissuġġerixxu u nenfasizzaw li m’għandekx taħżen id-dejta fl-app biss. Għalkemm aħna nagħmlu backups, ma nistgħux niggarantixxu li d-dejta terġa’ tinġieb lura.

Aċċess

Benergy ma tanalizza ebda dejta li tissejvja permezz tal-app, sakemm ma tkunx legalment mitluba tagħmel dan. Jekk ikun hemm xi lmenti u Benergy jkollha xi suspett raġonevoli li tkun qed taħżen dokumenti u dejta li jmorru kontra l-liġi applikabbli, għandna dritt nimblukkaw jew inħassru din id-dejta. Aħna ninfurmawk dwar dan.

Dejta personali

B’din l-app l-informazzjoni dwarek tiġi ssejvjata u użata. Aqra d-dikjarazzjoni ta’ privatezza separata tagħna biex tkun taf x’tagħmel Benergy b’din l-informazzjoni u x’inhuma d-drittijiet tiegħek bil-liġi.

Disponibilità

L-app tuża servers li huma proprjetà ta’ Benergy. Benergy tagħmel ħilitiha biex dawn ikunu disponibbli f’kull ħin permezz tal-Internet.

Aġġornamenti

Minn żmien għal żmien, Benergy toħroġ aġġornamenti tal-app. Aħna ninfurmawk dwarhom permezz tal-apparat tiegħek. Importanti li tinstalla l-aġġornamenti biex tiżgura s-sigurtà tal-app.

Possibilitajiet ġodda

L-aġġornamenti tal-app jistgħu jipprovdu funzjonijiet ġodda jew titjib tal-funzjonijiet eżistenti. Xi minn daqqiet jistgħu jibdew japplikaw termini u kundizzjonijiet ġodda. Il-funzjonijiet il-ġodda tista’ tibda tużahom biss jekk taċċetta dawn it-termini u kundizzjonijiet

Limitazzjoni tar-responsabilità

Minħabba n-natura tal-app, Benergy ma tista’ taċċetta l-ebda responsabilità għal danni. Jekk din il-limitazzjoni mhijiex valida fil-ġuriżdizzjoni tiegħek, aħna responsabbli biss għall-minimu preskritt fil-liġi lokali.

It-termini u kundizzjonijiet jistgħu jinbidlu

Benergy tista’ temenda dawn it-termini u kundizzjonijiet darba waħda f’sena kalendarja. Aħna ninfurmawk b’dan fil-pront. Jekk ma tkunx tixtieq taċċetta dawn it-termini u kundizzjonijiet ġodda, trid tħassar l-app qabel ma dawn jidħlu fis-seħħ. L-użu wara d-dħul fis-seħħ titqies bħala aċċettazzjoni.

Tul ta’ żmien

L-app hija disponibbli għal perijodu indefinit. Tista’ tħassar l-app xħin trid. Dan iġib fi tmiemu d-drittijiet u l-obbligi tiegħek u tagħna fir-rigward ta’ xulxin. Nistgħu nwaqqfu l-app bil-kundizzjoni li navżawk mill-inqas xahar qabel.

Liġi applikabbli

L-app titwassal min-Netherlands. Sakemm il-liġi tal-pajjiż tiegħek ma tipprovdix mod ieħor, tapplika l-liġi Netherlandiża, u f’każ ta’ tilwim, il-qorti fil-lokal tagħna hija l-qorti kompetenti. Ovvjament, aħna nippruvaw insibu soluzzjoni għall-ilment tiegħek mill-aktar fis possibbli.